15.8.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 209/40
Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-8 ta' Lulju 2008 — Saint-Gobain Gyproc Belgium vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-50/03) (1)
(Kompetizzjoni - Akkordji - Suq tal-plasterboards - Deċiżjoni li tikkonstata ksur ta' l-Artikolu 81 KE - Multa - Gravità u dewmien tal-ksur - Ċirkustanzi mitiganti)
(2008/C 209/67)
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Saint-Gobain Gyproc Belgium NV, li qabel kienet BPB Belgium NV, li qabel kienet Gyproc Benelux NV (Beveren-Kallo, il-Belġju) (rappreżentanti: J.-F. Bellis, P. L'Ecluse u M. Favart, avocats)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: l-ewwel F. Castillo de la Torre u C. Ingen-Housz, wara F. Castillo de la Torre u F. Arbault, aġenti)
Suġġett
Rikors skond l-Artikoli 229 KE u 230 KE intiż għat-tnaqqis tal-multa imposta fuq Gyproc bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/471/KE, tas-27 ta' Novembru 2002, dwar proċedura ta' applikazzjoni ta' l-Artikolu 81 [KE] kontra BPB plc, Gebrüder Knauf Westdeutsche Gipswerke KG, Société Lafarge SA u Gyproc Benelux NV (Każ COMP/E-1/37.152 — Plasterboards) (ĠU 2005, L 166, p. 8).
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Saint-Gobain Gyproc Belgium NV hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 101 26.4.2003.
Full & Egal Universal Law Academy