15.8.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 209/41
Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-8 ta' Lulju 2008 — BPB vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-53/03) (1)
(Kompetizzjoni - Akkordji - Suq tal-plasterboards - Deċiżjoni li tikkonstata ksur ta' l-Artikolu 81 KE - Ksur uniku u kontinwat - Reċidività - Multa - Linji gwida dwar il-kalkolu ta' l-ammont tal-multi - Komunikazzjoni dwar il-kooperazzjoni)
(2008/C 209/69)
Lingwa tal-kawża: L-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: BPB plc (Slough, Ir-Renju Unit) (rappreżentanti: T. Sharpe, QC, u A. Noury, solicitor)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: F. Castillo de la Torre, aġent, assistit minn J. Flynn, QC, u C. Kilroy, barrister)
Suġġett
Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/471/KE, tas-27 ta' Novembru 2002, dwar proċedura ta' applikazzjoni ta' l-Artikolu 81 [KE] kontra BPB plc, Gebrüder Knauf Westdeutsche Gipswerke KG, Société Lafarge SA u Gyproc Benelux NV (Kawża COMP/E-1/37.152 — Plasterboards) (ĠU 2005, L 166, p. 8), jew, sussidjarjament, talba għall-annullament jew għat-tnaqqis tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti.
Dispożittiv
1)
L-ammont tal-multa imposta fuq BPB plc mill-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/471/KE, tas-27 ta' Novembru 2002, dwar proċedura ta' applikazzjoni ta' l-Artikolu 81 [KE] kontra BPB plc, Gebrüder Knauf Westdeutsche Gipswerke KG, Société Lafarge SA u Gyproc Benelux NV (Kawża COMP/E-1/37.152 — Plasterboards) huwa ffissat għal EUR 118.8 miljun.
2)
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.
3)
Il-Kummissjoni għandha tbati parti minn għaxra ta' l-ispejjeż tagħha u parti minn għaxra mill-ispejjeż ta' BPB.
4)
BPB għandha tbati disa' partijiet minn għaxra ta' l-ispejjeż tagħha u disa' partijiet minn għaxra ta' l-ispejjeż tal-Kummissjoni.
(1) ĠU C 101, 26.4.2003.
Full & Egal Universal Law Academy