15.8.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 209/41
Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-8 ta' Lulju 2008 — Lafarge vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-54/03) (1)
(Kompetizzjoni - Akkordji - Suq tal-folji tal-ġibs - Deċiżjoni li tikkonstata ksur ta' l-Artikolu 81 KE - Imputazzjoni - Effett dissważiv - Reċidività - Multa - Linji gwida għall-kalkolu ta' l-ammont tal-multi)
(2008/C 209/70)
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Lafarge SA (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: l-ewwel H. Lesguillons, J. C. Bermond, N. Jalabert-Doury, A. Winckler, F. Brunet u I. Simic, u wara N. Jalabert-Doury, A. Winckler u F. Brunet, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: l-ewwel F. Castillo de la Torre u C. Ingen-Housz, u wara F. Castillo de la Torre u F. Arbault, aġenti)
Intervenjent in sostenn tal-parti konvenuta: Il-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Marquardt u E. Karlsson, aġenti)
Suġġett
Talba għal annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/471/KE, tas-27 ta' Novembru 2002 dwar proċediment skond l-Artikolu 81 [KE] kontra BPB plc, Gebrüder Knauf Westdeutsche Gipswerke KG, Société Lafarge SA u Gyproc Benelux NV (Kawża COMP/E-1/37,152 — Folji tal-ġibs) (ĠU 2005, L 166, p. 8), jew sussidjarjament, talba għall-annullament jew għat-tnaqqis tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Lafarge SA hija kkundannata għall-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni.
3)
Il-Kunsill għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.
(1) ĠU C 101, 26.4.2003.
Full & Egal Universal Law Academy