25.10.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 272/15
Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tad-9 ta' Settembru 2008 — MyTravel vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-212/03) (1)
(Responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Komunità - Kompetizzjoni - Deċiżjoni li tiddikjara konċentrazzjoni inkompatibbli mas-suq komuni - L-annullament tad-deċiżjoni permezz ta' sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza - Ksur suffiċjentement serju ta' regola tad-dritt li hija intiża biex tagħti drittijiet lill-individwi)
(2008/C 272/26)
Lingwa tal-kawża: L-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: MyTravel Group plc (Rochdale, Lancashire, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: D. Pannick, QC, M. Nicholson u S. Cardell, solicitors, A. Lewis, barrister, u R. Gillis, QC)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: inizjalment R. Lyal, A. Whelan u P. Hellström, wara R. Lyal u F. Arbault, aġenti)
Parti intervenjenti in sostenn tal-konvenuta: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: W.-D. Plessing u M. Lumma, aġenti)
Suġġett
Rikors għall-kumpens tad-danni allegatament subiti mir-rikorrenti minħabba illegalitajiet fil-proċedura ta' kontroll tal-kompatibbiltà mas-suq komuni tal-konċentrazzjoni bejnha u First Choice plc.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
MyTravel Group plc għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
3)
Il-Kummissjoni għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
4)
Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
(1) ĠU C 200, 23.8.2003.
Full & Egal Universal Law Academy