24.1.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 19/23
Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tas-26 ta' Novembru 2008 — Agraz et vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-285/03) (1)
(“Responsabbilità mhux kuntrattwali - Agrikoltura - Organizzazzjoni komuni tas-swieq tal-prodotti tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati - Għajnuna għal produzzjoni tal-prodotti pproċessati tat-tadam - Metodu ta' kalkolu għall-ammonti tal-ispejjeż - Sena tal-marketing 2000/2001 - Evalwazzjoni tad-dannu’)
(2009/C 19/42)
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Agraz, SA (Madrid, Spanja) u s-86 rikorrent li isimhom jidher fl-Annessi I u II tas-sentenza (rappreżentanti: J.L. da Cruz Vilaça, D. Choussy u S. Estima Martins, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentant: M. Nolin, aġent)
Suġġett
Rikors għad-danni intiż sabiex jikkumpensa d-dannu li r-rikorrenti batew minħabba l-metodu adottat għall-kalkolu tal-ammont tal-għajnuna għall-produzzjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 1519/2000 tal-Kummissjoni, tat-12 ta' Lulju 2000, li jistabbilixxi, għas-sena tal-marketing 2000/2001, il-prezz minimu u l-ammont tal-għajnuna għal prodotti tat-tadam ipproċessat (ĠU L 174, p. 29).
Dispożittiv
1)
Il-Kummissjoni hija kkundannata tħallas lil Agraz, SA u lis-86 kumpannija oħra li isimhom jidher fl-Annessi I u II kumpens korrispondenti għal żieda ta' 15.54 % tal-ammont tal-għajnuna għall-produzzjoni li huma kienu rċevew għas-sena tal-marketing 2000/2001, kif stabbilit mill-Anness II tar-Regolament Nru 1519/2000.
2)
Dan il-kumpens huwa vvalutat mill-ġdid b'imgħaxijiet ta' kumpens, li jibdew jiddekorru mill-ħlas effettiv tal-għanjuna lil kull rikorrent u sakemm tingħata l-preżenti sentenza, bir-rata stabbilita mill-BĊE għall-operazzjonijiet prinċipali ta' rifinazjament, miżjuda b'żewġ punti, peress li jirrigwarda rikorrenti li isimhom ma jidhirx fl-Anness I, u bir-rati ta' inflazzjoni annwali kkonstatat, għal-perjodu kkonċernat, mill-Eurostat fl-Istati Membru fejn huma stabbiliti, peress li jirrigwarda rikorrenti li isimhom jidher fl-Anness II.
3)
Il-kumpens, kif ivvalutat mill-ġdid, għandu jiġi miżjud bl-imgħaxijiet ta' dewmien, li jibdew jiddekorru minn meta tingħata l-preżenti sentenza sal-ħlas sħiħ, bir-rata stabbilita mill-BĊE għall-operazzjonijiet ta' rifinanzjament, miżjuda b'żewġ punti.
4)
Agraz u s-86 kumpannija oħra, li isimhom jidher fl-Annessi I u II, għandhom ibatu żewġ partijiet minn ħamsa tal-ispejjeż tagħhom quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza u l-Qorti tal-Ġustizzja.
5)
Il-Kummissjoni għandha tbati l-ispejjeż tagħha u tliet partijiet minn ħamsa tal-ispejjeż ta' Agraz u s-86 kumpannija oħra, li isimhom jidher fl-Annessi I u II, quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza u l-Qorti tal-Ġustizzja.
(1) ĠU C 251, 18.10.2003.
Full & Egal Universal Law Academy