26.4.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 107/22
Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-12 ta' Marzu 2008 — European Service Network vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-332/03) (1)
(“Kuntratti pubbliċi ta' servizzi - Proċedura ta' sejħa għal offerti Komunitarja - Provvista ta' servizzi relatati ma' l-iżvilupp u l-provvista ta' servizzi ta' sostenn għas-Servizz tar-Riċerka tal-Komunità u l-Iżvilupp ta' l-Informazzjoni (CORDIS) - Rifjut ta' l-offerta ta' offerent - Prinċipji ta' trattament ugwali ta' l-offerenti u ta' trasparenza - Rispett tal-kriterji għall-għoti stabbiliti fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi’)
(2008/C 107/35)
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: European Service Network (ESN) SA (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: R. Steichen u P.-E. Partsch, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: L. Parpala u E. Manhaeve, aġenti)
Suġġett
Talba tar-rikorrenti għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar l-għoti tal-kuntratt relatat mas-sejħa għal offerti ENTR/02/55 — CORDIS lot Nru 1, li tirrigwarda l-iżvilupp u l-provvista ta' servizzi ta' sostenn għas-Servizz tar-Riċerka tal-Komunità u l-Iżvilupp ta' l-Informazzjoni (CORDIS).
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
European Service Network (ESN) SA hija kkundannata tbati l-ispejjeż.
(1) ĠU C 289, 29.11.2003.
Full & Egal Universal Law Academy