26.4.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 107/23
Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-12 ta' Marzu 2008 — Evropaïki Dynamiki vs Il-Kummisjoni
(Kawża T-345/03) (1)
(“Kuntratti pubbliċi ta' servizzi - Proċedura ta' sejħa għall-offerti Komunitarja - Provvista ta' servizzi relatati ma' l-iżvilupp u l-provvista ta' servizzi ta' sostenn għas-Servizz tar-Riċerka tal-Komunità u l-Iżvilupp ta' l-Informazzjoni (CORDIS) - Rifjut ta' l-offerta ta' offerent - Prinċipji ta' trattament ugwali ta' l-offerenti u ta' trasparenza’)
(2008/C 107/36)
Lingwa tal-kawża: L-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Evropaïki Dynamiki — Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE (Ateni, il-Greċja) (rappreżentanti: inizjalment S. Pappas, u wara N. Korogiannakis, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: C. O'Reilly u L. Parpala, aġenti)
Suġġett
Talba tar-rikorrenti għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar l-għoti tal-kuntratt relatat mas-sejħa għall-offerti ENTR/02/55 — CORDIS lot Nru 2, li tirrigwarda l-iżvilupp u l-provvista ta' servizzi ta' sostenn għas-Servizz tar-Riċerka tal-Komunità u l-Iżvilupp ta' l-Informazzjoni (CORDIS).
Dispożittiv
1)
Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni, tas-16 ta' Lulju 2003, dwar l-għoti tal-kuntratt relatat mas-sejħa għall-offerti Nru ENTR/02/055 — CORDIS lot Nru 2, hija annullata.
2)
Il-Kummissjoni għandha tbati l-ispejjeż.
(1) ĠU C 289, 29.11.2003.
Full & Egal Universal Law Academy