21.3.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 69/34
Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-10 ta' Frar 2009 — Deutsche Post u DHL International vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-388/03) (1)
(“Għajnuna mill-Istat - Deċiżjoni li ma jitqajmux oġġezzjonijiet - Rikors għal annullament - Locus standi - Ammissibbiltà - Diffikultajiet serji’)
(2009/C 69/79)
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Deutsche Post AG (Bonn, il-Ġermanja); u DHL International (Diegem, il-Belgju) (rappreżentanti: J. Sedemund u T. Lübbig, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentant: V. Kreuschitz u M. Niejahr, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2003) 2508 finali, tat-23 ta' Lulju 2003, li ma jitqajmux oġġezzjonijiet, wara l-proċedura preliminari ta' eżami prevista mill-Artikolu 88(3) KE, kontra diversi miżuri meħuda mill-awtoritajiet Belġjani favur La Poste SA, l-impriża postali pubblika Belġjana.
Dispożittiv
1)
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2003) 2508 finali, tat-23 ta' Lulju 2003, li ma jitqajmux oġġezzjonijiet, wara l-proċedura preliminari ta' eżami prevista mill-Artikolu 88(3) KE, kontra diversi miżuri meħuda mill-awtoritajiet Belġjani favur La Poste SA, l-impriża postali pubblika Belġjana, hija annullata.
2)
Il-Kummissjoni għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha kif ukoll dawk tad-Deutsche Post AG u DHL International.
(1) ĠU C 35, 7.2.2004.
Full & Egal Universal Law Academy