2.8.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 197/19
Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tas-17 ta' Ġunju 2008 — El Corte Inglés vs UASI — Abril Sánchez u Ricote Saugar (BoomerangTV)
(Kawża T-420/03) (1)
(“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta' oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva Komunitarja BoomerangTV - Trade marks nazzjonali u Komunitarji, verbali u figurattivi, preċedenti BOOMERANG u Boomerang - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Nuqqas ta' probabbiltà ta' konfużjoni - Nuqqas ta' trade mark magħrufa sew fis-sens ta' l-Artikolu 6 bis tal-Konvenzjoni ta' Pariġi - Nuqqas ta' preġudizzju għar-reputazzjoni - Nuqqas ta' preżentazzjoni ta' provi dwar l-eżistenza ta' ċerti trade marks preċedenti u t-traduzzjonijiet tagħhom quddiem id-Diviżjoni ta' l-Oppożizzjoni - Preżentazzjoni ta' provi għall-ewwel darba quddiem il-Bord ta' l-Appell - Artikolu 8(1)(b) u (2)(ċ), Artikolu 8(5) u Artikolu 74(2) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 - Regola 16(2) u (3), Regola 17(2) u Regola 20(2) tar-Regolament (KE) Nru 2868/95’)
(2008/C 197/32)
Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: El Corte Inglés, SA (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: J. Rivas Zurdo u E. López Leiva, avocats)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: I. de Medrano Caballero, aġent)
Partijiet oħra fil-kawża quddiem il-Bord ta' l-Appell ta' l-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza: José Matías Abril Sánchez u Pedro Ricote Saugar (Madrid) (rappreżentant: J.M. Iglesias Monravá, avocat)
Suġġett
Rikors imressaq kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord ta' l-Appell ta' l-UASI ta' l-1 ta' Ottubru 2003 (Każ R 88/2003-2) dwar proċedura ta' oppożizzjoni bejn El Corte Inglés, SA, min-naħa, u J.M. Abril Sánchez u P. Ricote Saugar, min-naħa l-oħra.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
El Corte Inglés, SA hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 47, 21.2.2004.
Full & Egal Universal Law Academy