2.8.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 197/20
Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tas-26 ta' Ġunju 2008 — SIC vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-442/03) (1)
(“Għajnuna mill-Istat - Miżuri meħuda mir-Repubblika Portugiża favur ix-xandar pubblika RTP biex tiffinanzja l-missjoni tagħha ta' servizz pubbliku - Deċiżjoni li tiddikjara li ċertu miżuri ma jikkostitwixxux għajnuna mill-Istat u li l-oħrajn huma kompatibbli mas-suq komuni - Kwalifika bħala għajnuna mill-Istat - Kompatibbiltà mas-suq komuni - Obbligu ta' eżami diliġenti u imparzjali’)
(2008/C 197/33)
Lingwa tal-kawża: Il-Portugiż
Partijiet
Rikorrenti: SIC — Sociedade Independente de Comunicação, SA (Carnaxide, Il-Portugall) (rappreżentanti: C. Botelho Moniz, E. Maia Cadete u M. Rosado da Fonseca, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: l-ewwel M. Balta u F. Florindo Gijón, wara M. Niejahr, J. Buendía Sierra u G. Braga da Cruz, u fl-aħħar B. Martenczuk u G. Braga da Cruz, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/406/KE tal-15 ta' Ottubru 2003, dwar l-implementazzjoni ta' miżuri ad hoc mill-Portugall favur RTP (ĠU 2005, L 142, p. 1), safejn din id-deċiżjoni tiddikjara li wħud minn dawn il-miżuri ma jikkostitwixxux għajnuna mill-Istat filwaqt li l-oħrajn huma kompatibbli mas-suq komuni.
Dispożittiv
1)
L-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/406/KE tal-15 ta' Ottubru 2003, dwar l-implementazzjoni ta' miżuri ad hoc mill-Portugall favur RTP, huwa annullat.
2)
L-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni 2005/406 huwa annullat safejn jikkonkludi li l-eżenzjoni mill-ispejjeż notarili u ta' reġistrazzjoni ma tikkostitwixxix għajnuna mill-Istat.
3)
Il-bqija tar-rikors huwa miċħud.
4)
Il-Kummissjoni għandha tbati l-ispejjeż tagħha u 80 % ta' l-ispejjeż tas-SIC — Sociedade Independente de Comunicação, SA.
5)
Is-SIC — Sociedade Independente de Comunicação, SA, għandha tbati 20 % ta' l-ispejjeż tagħha.
(1) ĠU C 71, 20.3.2004.
Full & Egal Universal Law Academy