27.10.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 331/23
Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Settembru 2012 — Marcuccio vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-241/03 REV) (1)
(Proċeduri - Rikors għal reviżjoni - Konsegwenzi ta’ sentenza ulterjuri tal-Qorti Ġenerali - Fatt ġdid - Assenza - Inammissibbiltà)
2012/C 331/43
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrent: Luigi Marcuccio (Tricase, l-Italja) (rappreżentant: G. Cipressa, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Berardis-Kayser u J. Baquero Cruz, aġenti, assistiti minn A. Dal Ferro, avukat)
Suġġett
Talba għal reviżjoni tad-digriet tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Mejju 2006, Marcuccio vs Il-Kummissjoni (T-241/03, ĠabraSP p. I-A-2-111 u II-A-2-517).
Dispożittiv
(1)
It-talba għal reviżjoni hija miċħuda bħala inammissibbli.
(2)
L. Marcuccio għandu jbati l-ispejjeż tiegħu u dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.
(1) ĠU C 200, 23.8.2003.
Full & Egal Universal Law Academy