8.3.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 64/37
Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tas-7 ta' Jannar 2008 — Marmara Import-Export vs L-UASI — Marmara Zeytin Tarim Satis (marmara)
(Kawża T-403/03) (1)
(“Trade mark Komunitarja - Oppożizzjoni - Irtirar ta' l-oppożizzjoni - M'hemmx lok għal deċiżjoni’)
(2008/C 64/60)
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Marmara Import-Export GmbH (Düsseldorf, il-Ġermanja) (rappreżentanti: A. von Arnswaldt u G. Rother, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: J. Weberndorfer, aġent)
Partijiet oħra fil-kawża quddiem il-Bord ta' l-Appell ta' l-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza: Marmara Zeytin Tarim Satis Kooperatifleri Birligi (Bursa, it-Turkija) (rappreżentant: A. Andorfer-Erhard, avukat)
Suġġett
Rikors imressaq kontra d-deċizjoni ta' l-Ewwel Bord ta' l-Appell ta' l-UASI ta' l-1 ta' Ottubru 2003 (Każ R 515/2002-1) dwar proċecura ta' oppożizzjoni bejn Marmara Import-Export GmbH u Marmara Zeytin Tarim Satis Kooperatifleri Birligi.
Dispożittiv
1)
M'hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors.
2)
Ir-rikorrenti u l-parti intervenjenti huma kkundannati għall-ispejjeż tagħhom, kif ukoll, kull waħda minnhom, nofs l-ispejjeż tal-konvenuta.
(1) ĠU C 71, 20.3.2004.
Full & Egal Universal Law Academy