22.11.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 301/34
Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-12 ta' Settembru 2008 — Kheinhorst vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-428/03) (1)
(Servizz pubbliku - Uffiċjali - Sentenza interlokutorja - M'hemmx lok li tingħata deċiżjoni)
(2008/C 301/55)
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Gerhard Keinhorst (Overijse, il-Belġju) (rappreżentant: N. Lhoëst, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: l-ewwel C. Berardis-Kayser u L. Lozano Palacios, wara C. Berardis-Kayser u H. Krämer, aġenti)
Suġġett
Minn naħa, talba għall-annullament tad-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni tat-23 ta' Diċembru 2002 u l-14 ta' April 2003 li bidlu l-klassifikazzjoni fil-grad tar-rikorrent, safejn dawn jiffissaw il-klassifikazzjoni tiegħu fil-grad, fid-data tal-ħatra tiegħu, għall-grad A6, l-ewwel skala, safejn jiffissaw il-5 ta' Ottubru 1995 bħala d-data li fiha d-deċiżjonijiet jibdew jipproduċu l-effetti pekunjarji tagħhom u safejn ma jerġgħux jistabbilixxu l-karriera fil-grad tar-rikorrent, u talba għall-annullament tad-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni tal-4 ta' Settembru u tal-24 ta' Novembru li ċaħdu l-ilmenti tar-rikorrent u, min-naħa l-oħra, talba għall-kumpens għad-dannu li allegatament jirriżulta minn din id-deċiżjoni.
Dispożittiv
1)
M'hemmx lok li tingħata deċiżjoni fuq dan ir-rikors.
2)
Il-Kummissjoni tbati l-ispejjeż kollha.
(1) ĠU C 47, 21.2.2004.
Full & Egal Universal Law Academy