Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tielet Awla) tat-8 ta’ Lulju 2008 – Lafarge vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-54/03)
“Kompetizzjoni – Akkordji – Suq tal-folji tal-ġibs – Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE – Attribuzzjoni – Effett dissważiv – Reċidiva – Multa – Linji gwida għall-kalkolu tal-ammont tal-multi”
1. Kompetizzjoni - Proċedura amministrattiva - Inapplikabbiltà tal-Artikolu 6 tal-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem - Osservanza tal-garanziji proċedurali mill-Kummissjoni (Artikoli 81 KE u 82 KE; Regolament tal-Kunsill Nru 17, Artikolu 17; Deċiżjoni tal-Kunsill 88/591) (ara l-punti 36-47)
2. Kompetizzjoni - Proċedura amministrattiva - Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tikkonstata ksur - Użu ta’ dikjarazzjonijiet ta’ impriżi oħrajn li kienu pparteċipaw fil-ksur bħala prova - Ammissibbiltà - Kundizzjonijiet (Artikoli 81 KE u 82 KE) (ara l-punti 57-59, 293, 294)
3. Kompetizzjoni - Proċedura amministrattiva - Seduti - Seduta in camera tal-parteċipanti l-oħra fl-istess ksur - Ksur tad-drittijiet tad-difiża - Assenza (Regolament tal-Kummissjoni Nru 2842/98, Artikolu 9) (ara l-punti 142-149)
4. Kompetizzjoni - Proċedura amministrattiva - Rispett tad-drittijiet tad-difiża - Dokument inkriminanti - Kunċett - Dokument tal-Kummissjoni li jiġbor l-informazzjoni mogħtija mill-parteċipanti fil-ksur - Esklużjoni (Artikolu 81(1) KE) (ara l-punti 156, 157)
5. Rikors għal annullament - Motivi - Kontestazzjoni tar-realtà tal-fatti kkonstatati b’deċiżjoni li tissanzjona l-ksur tar-regoli tal-kompetizzjoni - Kontestazzjoni dwar laqgħa bejn kompetituri minn impriża li ma pparteċipatx fiha - Ammissibbiltà - Kundizzjonijiet (Artikolu 230 KE) (ara l-punti 212-214)
6. Kompetizzjoni - Akkordji - Effett ħażin fuq il-kompetizzjoni - Ftehim li joħloq sistema ta’ skambju ta’ informazzjoni - Inammissibbiltà f’suq oligopolistiku - Preżunzjoni konfutabbli (Artikolu 81(1) KE) (ara l-punti 256-259, 397)
7. Kompetizzjoni - Akkordji - Prattika miftiehma - Kunċett - Paralelliżmu ta’ aġir - Preżunzjoni tal-eżistenza ta’ akkordju - Limiti (Artikolu 81(1) KE) (ara l-punti 318, 324)
8. Kompetizzjoni - Akkordji - Akkordji bejn l-impriżi - Prova tal-ksur li trid tressaq il-Kummissjoni - Grad ta’ forza probatorja meħtieġ mill-provi li fuqhom tibbaża ruħha l-Kummissjoni (Artikolu 81(1) KE) (ara l-punti 426, 452)
9. Kompetizzjoni - Akkordji - Prattika miftiehma - Kunċett - Koordinazzjoni u kooperazzjoni inkompatibbli mal-obbligu ta’ kull impriża li tiddetermina b’mod awtonomu l-aġir tagħha fis-suq - Riċezzjoni minn operatur ta’ informazzjoni li ġejja minn kompetitur fir-rigward tal-aġir futur tiegħu fis-suq (Artikolu 81(1) KE) (ara l-punti 458-463)
10. Kompetizzjoni - Akkordji - Akkordji u prattiki miftiehma li jikkostitwixxu ksur uniku - Impriżi li jistgħu jkunu akkużati bi ksur li jikkonsisti fil-parteċipazzjoni f’akkordju dinji - Kriterji (Artikolu 81(1) KE) (ara l-punti 479, 482-487, 490, 613-616)
11. Kompetizzjoni - Regoli Komunitarji - Ksur imwettaq minn sussidjarja - Attribuzzjoni lil kumpannija parent - Kundizzjonijiet - Nuqqas ta’ effett tal-eżistenza ta’ personalità ġuridika distinta tas-sussidjarja - Effett tal-kontroll tal-kapital kollu tas-sussidjarja - Obbligu tal-kumpannija parent li taqleb il-preżunzjoni ta’ eżerċizzju effettiv ta’ setgħa ta’ tmexxija fuq is-sussidjarja tagħha (Artikolu 81(1) KE) (ara l-punti 539-541, 545, 557, 558)
12. Kompetizzjoni - Multi - Ammont - Determinazzjoni - Kriterji - Impatt konkret fuq is-suq (Regolament tal-Kunsill Nru 17, Artikolu 15(2); Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 98/C 9/03, l-ewwel paragrafu tal-punt 1A) (ara l-punti 580-585)
13. Kompetizzjoni - Multi - Ammont - Determinazzjoni - Kriterji - Gravità tal-ksur - Akkordju orizzontali fil-qasam tal-prezzijiet - Ksur serju ħafna (Regolament tal-Kunsill Nru 17, Artikolu 15(2); Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 98/C 9/03, punt 1 A) (ara l-punti 618-624)
14. Kompetizzjoni - Multi - Ammont - Determinazzjoni - Neċessità li jittieħed inkunsiderazzjoni d-dħul mill-bejgħ tal-impriżi involuti fl-istess ksur jew fi ksur preċedenti simili u li tiġi żgurata l-proporzjonalità tal-multi ma’ dan id-dħul - Assenza - Stħarriġ ġudizzjarju - Ġurisdizzjoni sħiħa (Regolament tal-Kunsill Nru 17, Artikolu 15(2)) (ara l-punti 634-639)
15. Kompetizzjoni - Multi - Ammont - Determinazzjoni - Natura dissważiva - Teħid inkunsiderazzjoni tad-daqs u tar-riżorsi globali tal-impriża ssanzjonata (Regolament tal-Kunsill Nru 17, Artikolu 15(2); Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 98/C 9/03, punt 1 A) (ara l-punti 663-673, 678-684)
16. Kompetizzjoni - Multi - Ammont - Determinazzjoni - Kriterji - Gravità tal-ksur - Ċirkustanzi aggravanti - Setgħa diskrezzjonali tal-Kummissjoni - Teħid inkunsiderazzjoni tar-reċidiva - Ksur tal-prinċipji tal-legalità tal-piena, ta’ ċertezza legali u ta’ ne bis in idem - Assenza (Artikoli 81 KE u 82 KE; Regolament tal-Kunsill Nru 17, Artikolu 15(2); Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 98/C 9/03) (ara l-punti 716-730)
17. Kompetizzjoni - Multi - Ammont - Determinazzjoni - Kriterji - Gravità tal-ksur - Ċirkustanzi aggravanti - Reċidiva - Kunċett (Regolament tal-Kunsill Nru 17, Artikolu 15(2); Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 98/C 9/03, punt 2) (ara l-punti 733-739)
18. Kompetizzjoni - Multi - Ammont - Determinazzjoni - Kriterji - Gravità tal-ksur - Ċirkustanzi attenwanti - Rwol passiv jew emulattiv tal-impriża - Kriterji ta’ evalwazzjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 17, Artikolu 15(2); Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 98/C 9/03, l-ewwel inċiż tal-punt 3) (ara l-punti 763-767)
19. Kompetizzjoni - Multi - Ammont - Determinazzjoni - Kriterji - Ċirkustanzi attenwanti - Waqfien tal-ksur wara l-intervent tal-Kummissjoni - Kundizzjonijiet (Regolament tal-Kunsill Nru 17, Artikolu 15(2); Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 98/C 9/03, punt 3) (ara l-punti 780-784)
20. Kompetizzjoni - Multi - Ammont - Determinazzjoni - Kriterji - Tnaqqis tal-ammont tal-multa minħabba kooperazzjoni tal-impriża inkriminata - Kundizzjonijiet (Regolament tal-Kunsill Nru 17, Artikolu 15(2); Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 96/C 207/04, Titolu D, punt 2) (ara l-punti 791-794)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/471/KE, tas-27 ta’ Settembru 2002, skont l-Artikolu 81 [KE] kontra BPB plc, Gebrüder Knauf Westdeutsche Gipswerke KG, Société Lafarge SA u Gyproc Benelux NV (Każ COMP/E-1/37.152 – Folji tal-ġibs) (ĠU 2005, L 166, p. 8), jew, sussidjarjament, talba għall-annullament jew għat-tnaqqis tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Lafarge SA hija kkundannata għall-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni.
3)
Il-Kunsill għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.
Full & Egal Universal Law Academy