Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Il‑Ħames Awla) tal-10 ta’ Settembru 2009 – Banco Comercial dos Açores vs Il‑Kummissjoni
(Kawża T‑75/03)
“Għajnuna mill-Istat – Miżuri fiskali adottati minn awtorità reġjonali jew lokali – Tnaqqis tar-rati tat-taxxa fuq id-dħul tal-persuni fiżiċi u ġuridiċi li għal finijiet ta’ taxxa huma residenti fl-Azores – Deċiżjoni li tiddikjara l-iskema ta’ għajnuna parzjalment inkompatibbli mas-suq komuni u tordna l-irkupru tal-għajnuna mħallsa – Rikors għal annullament – Interess individwali – Ammissibbiltà – Kunċett ta’ għajnuna mill-Istat – Natura selettiva – Effett ħażin fuq il-kompetizzjoni – Effett fuq il-kummerċ bejn Stati Membri – Trattament ugwali – Aspettattivi leġittimi – Ċertezza legali”
1. Rikors għal annullament - Persuni fiżiċi jew ġuridiċi - Atti li jikkonċernawhom direttament u individwalment - Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tipprojbixxi skema ta’ għajnuna settorjali - Rikors ta’ impriża benefiċjarja ta’ għajnuna individwali mogħtija skont din l-iskema u li għandha tiġi rkuprata - Ammissibbiltà (ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 230 KE) (ara l‑punti 38-47)
2. Għajnuna mogħtija mill-Istati - Kunċett - Natura selettiva tal-miżura - Miżura fiskali adottata minn entità infrastatali - Rata ta’ tassazzjoni mnaqqsa meta mqabbla mar-rata nazzjonali - Kriterji ta’ evalwazzjoni (Artikolu 87(1) KE) (ara l-punti 74, 75)
3. Għajnuna mogħtija mill-Istati – Effett fuq il-kummerċ bejn Stati Membri - Effett ħażin fuq il-kompetizzjoni - Kriterji ta’ evalwazzjoni (Artikolu 87(1) KE) (ara l-punti 86, 87)
4. Għajnuna mogħtija mill-Istati - Projbizzjoni - Derogi - Setgħa diskrezzjonali tal-Kummissjoni - Stħarriġ ġudizzjarju - Limiti (Artikolu 87(3) KE) (ara l‑punt 100)
5. Għajnuna mogħtija mill-Istati - Deċiżjoni tal-Kummissjoni - Distinzjoni bejn żewġ setturi abbażi tal-elementi trażmessi mill-Istat Membru kkonċernat - Ksur tal-prinċipju ta’ trattament ugwali - Assenza (Artikolu 87(3)(a) KE) (ara l‑punti 111-116)
6. Għajnuna mogħtija mill-Istati - Irkupru ta’ għajnuna illegali - Għajnuna mogħtija bi ksur tar-regoli tal-proċedura tal-Artikolu 88(3) KE - Aspettattivi leġittimi eventwali fil-kap tal-benefiċjarji - Ċertezza legali - Protezzjoni - Kundizzjonijiet u limiti (Artikolu 88(3) KE) (ara l-punti 124-126)
Suġġett
Talba għall-annullament tal-aħħar parti tal-Artikolu 1, kif ukoll tal-Artikoli 2, 3 u 4 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/442/KE, tal-11 ta’ Diċembru 2002, dwar il‑parti tal-iskema li tadatta s-sistema fiskali nazzjonali għall-karatteristiċi speċifiċi tar-Reġjun Awtonomu tal-Azores li tikkonċerna l-parti dwar it-tnaqqis tar-rati tat-taxxa fuq id-dħul (ĠU 2003, L 150, p. 52).
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Banco Comercial dos Açores, SA għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej.
3)
Banco Espírito Santo dos Açores, SA għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
Full & Egal Universal Law Academy