Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Il-Ħames Awla Estiża) tal-25 ta’ Ottubru 2007 – Feralpi Siderurgica vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-77/03)
“Akkordji – Produtturi ta’ vireg tal-ħadid li jsaħħu l-konkrit – Deċiżjoni li tikkonstata ksur ta’ l-Artikolu 65 KEFA – Deċiżjoni bbażata fuq it-Trattat KEFA wara l-iskadenza ta’ l-imsemmi Trattat – Nuqqas ta’ kompetenza tal-Kummissjoni”
1. KEFA – Akkordji – Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tikkonstata ksur ta’ l-Artikolu 65 KEFA wara l-iskadenza ta’ l-imsemmi Trattat (Artikolu 65(1), (4) u (5) KEFA; Regolament tal-Kunsill Nru 17, Artikoli 3 u 15(2) (ara l-punti 55, 57, 72, 73, 77)
2. KEFA – Akkordji – Kompetenza tal-Kummissjoni skond l-Artikolu 65(4) u (5) KEFA li tikkonstata u tippenalizza ksur ta’ l-Artikolu 65(1) KEFA – Tmiem ta’ eżistenza fl-iskadenza tat-Trattat KEFA (Artikoli 65(1) (4) u (5), u 97 KEFA; Artikolu 305(1) KE; Trattat li jgħaqqad) (ara l-punti 89-92, 94, 96)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2002) 5087 finali, tas-17 ta’ Diċembru 2002, dwar proċedura skond l-Artikolu 65 KEFA (COMP/37.956 – Vireg tal-ħadid li jsaħħu l-konkrit).
Dispożittiv
1)
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2002) 5087 finali, tas-17 ta’ Diċembru 2002, dwar proċedura skond l-Artikolu 65 KEFA (COMP/37.956 – Vireg tal-ħadid li jsaħħu l-konkrit), hija annullata fir-rigward ta’ Feralpi Siderurgica SpA.
2)
Il-Kummissjoni għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk ta’ Feralpi Siderurgica.
3)
Ir-Repubblika Taljana għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
Full & Egal Universal Law Academy