Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Ir-Raba’ Awla) tal-11 ta’ Lulju 2007 – Fédération des industries condimentaires de France et vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-90/03)
“Responsabbiltà mhux kuntrattwali – Inkompatibbiltà mar-regoli ta’ l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO) tal-projbizzjoni Komunitarja li jiġi importat laħam li jkun fih sustanzi b’effett ormonali – Impożizzjoni ta’ dazju addizzjonali mill-Istati Uniti ta’ l-Amerika fuq l-importazzjoni ta’ prodotti Komunitarji bis-saħħa ta’ awtorizzazzjoni mill-WTO – Għeluq mill-Kummissjoni tal-proċedura ta’ eżami ta’ l-ostakoli għall-kummerċ – Rikors għal kumpens minn gruppi ta’ esportaturi Komunitarji milquta mid-dazju addizzjonali”
Responsabbiltà mhux kuntrattwali – Kundizzjonijiet – Ksur biżżejjed gravi tad-dritt Komunitarju (it-tieni paragrafu ta’ l-Artikolu 288 KE) (ara l-punti 37, 47-53, 61-63, 135-137)
Suġġett
Talba għal kumpens tad-dannu allegatament ikkawżat minn illegalitajiet li bihom kienet allegatament ivvizzjata l-azzjoni meħuda mill-Kummissjoni fir-rigward tal-miżuri ta’ ritorsjoni kummerċjali adottati mill-Istati Uniti ta’ l-Amerika fil-kawża magħrufa bħala “Ormoni fiċ-ċanga”.
Dispożittiv
L-appell huwa miċħud.
Ir-rikorrenti għandhom, in solidum, ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom u dawk tal-Kummissjoni.
Ir-Renju ta’ Spanja għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.
Full & Egal Universal Law Academy