Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tieni Awla) tal-11 ta’ Lulju 2007 – Mülhens vs UASI – Conceria Toska (TOSKA)
(Kawża T-263/03)
“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali TOSKA – Trade mark verbali nazzjonali preċedenti TOSCA – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Trade mark magħrufa sew fis-sens ta’ l-Artikolu 6 bis tal-Konvenzjoni ta’ Pariġi – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 – Artikolu 8(5) tar-Regolament Nru 40/94”
1. Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Motivi relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebaħ magħrufa sew fi Stat Membru (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punt 28)
2. Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Motivi relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebaħ li għandha reputazzjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 8(5)) (ara l-punti 50-52)
Suġġett
Rikors imressaq kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord ta’ l-Appell ta’ l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tat-13 ta’ Mejju 2003 (Każ R 369/2002 2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Mülhens GmbH & Co. KG u l-Conceria Toska Srl
Informazzjoni dwar il-kawża
L-applikant għat-trade mark Komunitarja:
Conceria Toska Srl
It-trade mark Komunitarja kkonċernata:
It-trade mark verbali TOSKA għal prodotti fil-klassi 18 – applikazzjoni Nru 743427
Il-proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat in sostenn ta’ l-oppożizzjoni:
Mühlens GmbH & Co. KG
It-trade mark jew sinjal invokat in sostenn ta’ l-oppożizzjoni:
It-trade mark verbali Ġermaniża TOSCA għal prodotti ta’ fwieħa
Id-deċiżjoni tad-Diviżjoni ta’ l-Oppożizzjoni:
Ċaħda ta’ l-oppożizzjoni
Id-deċiżjoni tal-Bord ta’ l-Appell:
Ċaħda ta’ l-appell
Dispożittiv
Ir-rikors huwa miċħud.
Mühlens GmbH & Co. KG hija kkundannata għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy