Sentenza tal‑Qorti tal‑Prim’Istanza (It‑Tielet Awla) tad-19 ta’ Ġunju 2009 – Socratec vs Il‑Kummissjoni
(Kawża T‑269/03)
“Kompetizzjoni – Konċentrazzjonijiet – Suq ta’ sistemi telematiċi tat-triq – Rikorrenti ddikkjarata falluta matul il-proċeduri – Telf tal-interess ġuridiku – Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”
Rikors għal annullament - Interess ġuridiku - Neċessità ta’ interess reali u attwali - Rikors intiż għall-annullament ta’ deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiddikjara l-kompatibbiltà ta’ konċentrazzjoni mas-suq komuni - Rikors ippreżentat minn kompetitur tal-partijiet fil-konċentrazzjoni li tqiegħed fi stralċ matul il-proċeduri (Artikolu 230 KE) (ara l-punti 20, 36-41, 43, 47)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/792/KE, tat-30 ta’ April 2003, li tiddikjara konċentrazzjoni kompatibbli mas-suq komuni u mal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/M.2903 – Impriża komuni DaimlerChrysler/Deutsche Telekom) (ĠU L 300, p. 62).
Dispożittiv
1)
Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni fuq dan ir-rikors.
2)
Socratec – Satellite Navigation Consulting, Research & Technology GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż tagħha kif ukoll għall-ispejjeż tal-Kummissjoni, Daimler AG, Daimler Financial Services AG, Deutsche Telekom AG u Toll Collect GmbH.
3)
Qualcomm Wireless Business Solutions Europe BV għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
4)
Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
Full & Egal Universal Law Academy