Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tielet Awla) tat-12 ta’ Marzu 2008 – European Service Network vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-332/03)
“Kuntratti pubbliċi għal servizzi – Proċedura ta’ sejħa għal offerti Komunitarja – Provvista ta’ servizzi relatati ma’ l-iżvilupp u ma’ l-implementazzjoni ta’ servizzi ta’ sostenn għas-Servizz ta’ Informazzjoni dwar ir-Riċerka u l-Iżvilupp Komunitarju (CORDIS) – Rifjut ta’ l-offerta ta’ offerent – Prinċipji ta’ trattament ugwali ta’ l-offerenti u ta’ trasparenza – Osservanza tal-kriterji għall-għoti stabbiliti fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi”
1. Kuntratti pubbliċi tal-Komunitajiet Ewropej – Proċedura ta’ sejħa għal offerti (ara l-punti 122, 125-127, 130, 142, 145, 147-148)
2. Kuntratti pubbliċi tal-Komunitajiet Ewropej – Konklużjoni ta’ kuntratt wara sejħa għal offerti (ara l-punt 213)
3. Proċedura – Rikors promotur – Rekwiżiti proċedurali (Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu ta’ l-Artikolu 21 u l-ewwel paragrafu ta’ l-Artikolu 53; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim’Istanza, Artikoli 44(1)(ċ) u 48(2)) (ara l-punti 229-231)
Suġġett
Talba tar-rikorrenti għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar l-għoti tal-kuntratt li kien is-suġġett tas-sejħa għal offerti ENTR/02/55 – CORDIS lott Nru 1, dwar l-iżvilupp u l-implementazzjoni ta’ servizzi ta’ sostenn għas-Servizz ta’ Informazzjoni dwar ir-Riċerka u l-Iżvilupp Komunitarju (CORDIS).
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
European Service Network (ESN) SA hija kkundannata għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy