Digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Is-Seba’ Awla) tat-2 ta’ April 2008 – Maison de l’Europe Avignon Méditerranée vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-100/03)
“Rikors għal annullament – Ħolqien ta’ ‘info point Europe’ – Dikjarazzjoni ta’ terminazzjoni ta’ ftehim konkluż bejn il-Kummissjoni u r-rikorrenti – Inammissibbiltà manifesta”
Rikors għal annullament – Rikors li fir-realtà jikkonċerna kwistjoni ta’ natura kuntrattwali (Artikoli 225 KE, 230 KE, 238 KE u 249 KE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim’Istanza, Artikolu 44(1)(ċ)) (ara l-punti 21-24)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-24 ta’ Jannar 2003 li tiddikjara t-terminazzjoni tal-ftehim bejn il-Kummissjoni u r-rikorrenti dwar il-ħolqien ta’ info point Europa f’Avignon.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
La Maison de l’Europe Avignon Méditerranée hija kkundannata għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy