7.6.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 142/2
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-22 ta' April 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Salzgitter AG, Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja
(Kawża C-408/04 P) (1)
(Appell - Għajnuna mill-Istat - Approvazzjoni tal-Kummissjoni abbażitat-Trattat KE - Impriża ta' l-azzar - Artikoli 4(c) FA, 67 FA, u 95 FA - Trattat KEFA - Trattat KE - Kodiċi ta' Għajnuna għall-Industrija ta' l-Azzar - Applikazzjoni konkomittanti - Inkompatibbiltà ta' l-għajnuna - Notifika obbligatorja ta' l-għajnuna mogħtija - Nuqqas ta' notifika lill-Kummissjoni - Nuqqas ipprorogat ta' reazzjoni mill-Kummissjoni - Deċiżjoni ta' restituzzjoni - Prinċipju ta' ċertezza legali - Protezzjoni ta' l-aspettattivi leġittimi - Drittijiet tad-difiża - Obbligu ta' motivazzjoni)
(2008/C 142/02)
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Partijiet
Appellanta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej [rappreżentanti: V. Kreuschitz u M. Niejahr, aġenti]
Partijiet oħra fil-proċeduri: Salzgitter AG [rappreżentanti: J. Sedemund, u T. Lübbig, avukati], Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja. [rappreżentanti: M. Lumma, W.-D. Plessing, C. Schulze-Bahr, aġenti]
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza (Ir-Raba' Awla Estiża), ta' l-1 ta' Lulju 2004 Salzgitter vs Il-Kummissjoni (T-308/00), li permezz tagħha l-Qorti tal-Prim'Istanza annullat l-Artikoli 2 u 3 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/797/KEFA tat-28 ta' Ġunju 2000, dwar l-għajnuna mill-Istat implementata mill-Ġermanja favur Salzgitter AG Preussag Stahl AG u s-sussidjarji tal-grupp li joperaw fl-industrija ta' l-azzar, illum il-ġurnata miġbura flimkien taħt l-isem Salzgitter AG — Stahl und Technologie (SAG) (ĠU L 323, p. 5), f'dak li jikkonċerna l-obbligu għall-Ġermanja li tirkupra l-għajnuna in kwistjoni mingħand ir-rikorrenti — Ksur ta' l-Artikolu 4(c) FA u tat-Tielet, ir-Raba', il-Ħames u s-Sitt Kodiċi ta' Għajnuna għall-Industrija ta' l-Azzar — Ksur tad-drittijiet tad-difiża.
Dispożittiv
1)
L-appell inċidentali huwa miċħud.
2)
Is-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-Komunitajiet Ewropej, ta' l-1 ta' Lulju 2004, Salzgitter AG vs Il-Kummissjoni (T-308/00), hija annullata in kwantu din tannulla l-Artikolu 2 u 3 tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/797/KEFA, tat-28 ta' Ġunju 2000, dwar l-għajnuna mill-Istat implementata mill-Ġermanja favur Salzgitter AG, Preussag Stahl AG u s-sussidjarji tal-grupp li joperaw fl-industrija ta' l-azzar, illum il-ġurnata miġbura flimkien taħt l-isem Salzgitter AG — Stahl und Technologie (SAG), u tistabbilixxi l-ispejjeż.
3)
Il-kawża hija rinvijata quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza tal-Komunitajiet Ewropej.
4)
L-ispejjeż huma riżervati.
(1) ĠU C 314, 18.12.2004.
Full & Egal Universal Law Academy