23.2.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 51/3
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-13 ta' Diċembru 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs L-Irlanda
(Kawża C-418/04) (1)
(Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 79/409/KEE - Konservazzjoni ta' l-għasafar selvaġġi - Artikoli 4 u 10 - Traspożizzjoni u applikazzjoni - IBA 2000 - Valur - Kwalità tad-data - Kriterji - Marġini ta' diskrezzjoni - Direttiva 92/43/KEE - Konservazzjoni tal-habitats u tal-fawna u l-flora selvaġġa - Artikolu 6 - Traspożizzjoni u applikazzjoni)
(2008/C 51/06)
Lingwa tal-kawża: L-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej [rappreżentanti: B. Doherty u M. van Beek, aġenti]
Konvenuta: L-Irlanda [rappreżentanti: D. O'Hagan, aġent, E. Cogan, Barrister, G. Hogan, SC]
Suġġett
Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Ksur ta' l-Artikoli 4 u 10 tad-Direttiva tal-Kunsill tat-2 ta' April 1979 dwar il-konservazzjoni ta' l-għasafar selvaġġi (ĠU L 103, p. 1) — Ksur ta' l-Artikolu 6 tad-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal-21 ta' Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni tal-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa (ĠU L 206, p. 7)
Dispożittiv
1)
Billi naqset:
—
milli tikklassifika, mis-6 ta' April 1981, skond l-Artikolu 4(1) u (2) tad-Direttiva tal-Kunsill 79/409/KEE tat-2 ta' April 1979 dwar il-konservazzjoni ta' l-għasafar selvaġġi, kif emendata mid-Direttiva tal-Kummissjoni 97/49/KE, tad-29 ta' Lulju 1997, it-territorji kollha l-aktar adattati fin-numru u daqs għall-ispeċi elenkati fl-Anness I ta' l-imsemmija Direttiva, bl-eċċezzjoni ta' dawk intiżi sabiex jiżguraw il-konservazzjoni tal-Wiżża tal-Maskra Bajda (Anser albifrons flavirostris) kif ukoll għall-ispeċi migratorji li jirritornaw regolarment mhux imsemmija fl-imsemmi Anness I, bl-eċċezzjoni ta' dawk intiżi sabiex jiżguraw il-protezzjoni tal-Venewwa (Vanellus vanellus), il-Pluverott (Tringa totanus), il-Bekkaċċ (Gallinago gallinago) u l-Gurlin (Numenius arquata);
—
milli tiggarantixxi li, mis-6 ta' April 1981, id-dispożizzjonijiet ta' l-ewwel sentenza ta' l-Artikolu 4(4) tad-Direttiva 79/409, kif emendata bid-Direttiva 97/49, ikunu applikati għaż-żoni li għandhom jiġu kklassifikati bħala żoni ta' protezzjoni speċjali skond l-imsemmija Direttiva;
—
milli tittrasponi b'mod sħiħ u korrett id-dispożizzjonijiet tat-tieni sentenza ta' l-Artikolu 4(4) tad-Direttiva79/409, kif emendata bid-Direttiva 97/49;
—
milli tieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex tikkonforma ruħha mad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 6(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE, tal-21 ta' Mejju 1992, dwar il-konservazzjoni tal-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa, b'referenza għaż-żoni ta' protezzjoni speċjali kollha kklassifikati skond l-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 79/409, kif emendata bid-Direttiva 97/49, jew rikonoxxuti skond l-Artikolu 4(2) ta' l-istess Direttiva;
—
milli tieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex tikkonforma ruħha ma' l-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 92/43, b'referenza għall-użu għal finijiet rikreattivi tas-siti kollha li għandhom jaqgħu taħt l-imsemmi Artikolu;
—
milli tieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex tikkonforma ruħha mad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 6(3) u (4) tad-Direttiva 92/43, b'referenza għall-pjanijiet;
—
milli tieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex tikkonforma ruħha mad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 6(3) tad-Direttiva 92/43, b'referenza għall-awtorizzazzjoni ta' proġetti ta' akkwakultura;
—
milli tieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex tikkonforma ruħha mad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 6(2) sa (4) tad-Direttiva 92/43, b'referenza għat-twettiq ta' xogħlijiet ta' manutenzjoni tal-fosos għall-ilqugħ ta' l-ilma fiż-ŻPS Glen Lake, u
—
milli tieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex tikkonforma ruħha mad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 10 tad-Direttiva 79/409, kif emendata bid-Direttiva 97/49,
l-Irlanda naqset milli twettaq l-obbligi li hija għandha taħt l-Artikoli 4(1), (2) u (4) u 10 tad-Direttiva 79/409, kif emendata mid-Direttiva 97/49, kif ukoll taħt l-Artikolu 6(2) sa (4) tad-Direttiva 92/43.
2)
Għall-bqija r-rikors huwa miċħud.
3)
L-Irlanda hija kkundannata tbati l-ispejjeż.
4)
Ir-Repubblika Ellenika u r-Rejnu ta' Spanja għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.
(1) ĠU C 6, 8.1.2005.
Full & Egal Universal Law Academy