5.7.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 171/2
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-15 ta' Mejju 2008 — Ir-Renju ta' Spanja vs Il-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea
(Kawża C-442/04) (1)
(Sajd - Regolament (KE) Nru 1954/2003 - Regolament (KE) Nru 1415/2004 - Immaniġġjar ta' l-isforz għas-sajd - Stabbiliment ta' l-isforz annwali massimu għas-sajd - Perijodu ta' referenza - Żoni u riżorsi tas-sajd tal-Komunità - Żoni bijoloġikament sensittivi - Att li jikkonċerna l-kundizzjonijiet ta' l-adeżjoni tar-Renju ta' Spanja u tar-Repubblika Portugiża u l-aġġustamenti għat-Trattati - Eċċezzjoni ta' illegalità - Ammissibbiltà - Prinċipju ta' non-diskriminazzjoni - Abbuż ta' poter)
(2008/C 171/02)
Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol
Partijiet
Rikorrent: Ir-Renju ta' Spanja (rappreżentanti: E. Braquehais Conesa u M. A. Sampol Pucurull, aġenti)
Konvenut: Il-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Monteiro u F. Florindo Gijón, aġenti)
Sostnut minn: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: T. van Rijn u F. Jimeno Fernández, aġenti)
Suġġett
Annullament ta' l-Artikoli 1 sa 6 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1415/2004 tad-19 ta' Lulju 2004 li jistabbilixxi l-isforz annwali massimu tas-sajd għal ċertu żoni tas-sajd u [meded ta' baħar bil-ħut] (ĠU L 258, p. 1) — Ksur tal-prinċipju ta' non-diskriminazzjoni — Abbuż ta' poter
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Ir-Renju ta' Spanja huwa kkundannat għall-ispejjeż.
3)
Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej tbati l-ispejjeż tagħha stess.
(1) ĠU C 300, 4.12.2004.
Full & Egal Universal Law Academy