26.1.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 22/2
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (l-Ewwel Awla) tas-6 ta' Diċembru 2007 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale Amministrativo Regionale per la Lombardia) — Federconsumatori, Adiconsum, ADOC, Ercole Pietro Zucca (C-463/04) u Associazione Azionariato Diffuso dell'AEM SpA, Filippo Cuccia, Giacomo Fragapane, Pietro Angelo Puggioni, Annamaria Sanchirico, Sandro Sartorio (C-464/04) vs Comune di Milano
(Kawża C-453/04) (1)
(Artikolu 56 KE - Moviment liberu ta' kapitali - Restrizzjonijiet - Impriżi privatizzati - Dispożizzjoni nazzjonali li bis-saħħa tagħha l-istatut ta' assoċjazzjoni tal-kumpanniji jista' jagħti lill-Istat jew lil korp pubbliku li għandhom ishma fil-kapital ta' din ta' l-aħħar id-dritt li jaħtru direttament membru wieħed jew iktar tal-bord tad-diretturi)
(2008/C 22/02)
Lingwa tal-kawża: It-Taljan
Qorti tar-rinviju
Tribunale Amministrativo Regionale per la Lombardia
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Federconsumatori, Adiconsum, ADOC, Ercole Pietro Zucca Zucca (C-463/04) u Associazione Azionariato Diffuso dell'AEM SpA, Filippo Cuccia, Giacomo Fragapane, Pietro Angelo Puggioni, Annamaria Sanchirico, Sandro Sartorio (C-464/04)
Konvenuta: Comune di Milano
Intervenjent in sostenn tar-rikorrenti: Comune di Milano
Intervenjenti in sostenn tal-partijiet fil-kawża prinċipali: AEM SpA (C-463/04 u C-464/04), Edison SpA (C-463/04),
Suġġett
Interpretazzjoni ta' l-Artikolu 56 KE — Tribunale Amministrativo Regionale per la Lombardia — Liġi nazzjonali li tippermetti lill-entitajiet pubbliċi li jaħtru diretturi jew awdituri ta' intrapriżi privatizzati — Applikazzjoni minn entità lokali li għandha sehem sinjifikattiv fl-intrapriża privatizzata
Dispożittiv
L-Artikolu 56 KE għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi dispożizzjoni nazzjonali, bħalma hija l-Artikolu 2449 tal-Kodiċi Ċivili Taljan, li biha l-istatut ta' assoċjazzjoni ta' kumpannija jista' jagħti lill-Istat jew lil korp pubbliku li għandhom sehem fil-kapital ta' din il-kumpannija d-dritt li jaħtru direttament direttur jew diretturi li, waħdedhom jew, bħal fil-kawża prinċipali, flimkien ma' dispożizzjoni, bħalma hija l-Artikolu 4 tad-Digriet Liġi Nru 332, tal-31 ta' Mejju 1994, li saret, b'xi emendi, Nru 474, tat-30 ta' Lulju 1994, kif emendata bil-Liġi Nru 350, ta' l-24 ta' Diċembru 2003, li tagħti lill-imsemmi Stat jew korp id-dritt li jieħu sehem fl-elezzjoni b'votazzjoni bil-lista ta' diretturi mhux maħtura direttament minnu, hija tali li tippermetti lil dan l-Istat jew lil dan il-korp li jkollu setgħa ta' kontrol sproporzjonata meta mqabbla ma' l-ishma tiegħu fil-kapital ta' l-imsemmija kumpannija.
(1) ĠU C 249, 14.10.2006.
Full & Egal Universal Law Academy