12.1.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 8/2
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-22 ta' Novembru 2007 — Ir-Renju ta' Spanja vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, Lenzing AG
(Kawża C-525/04 P) (1)
(Appell - Għajnuniet mogħtija mill-Istat - Nuqqas ta' rkupru ta' kontribuzzjonijiet, taxxi addizzjonali minħabba dewmien u mgħaxijiet dovuti - Ammissibbiltà - Kriterju ta' kreditur privat)
(2008/C 8/02)
Lingwa tal-proċedura: Il-Ġermaniż
Partijiet
Appellant: Ir-Renju ta' Spanja (rappreżentant: J.M. Rodríguez Cárcamo, aġent)
Partijiet oħra fil-kawża: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: V. Kreuschitz u J. L. Buendía Sierra, aġenti, M. Núñez-Müller, Rechtsanwalt), Lenzing AG (rappreżentant: U. Soltész, Rechtsanwalt)
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza (Il-Ħames Awla Estiża) tal-21 ta' Ottubru 2004, Lenzing vs Il-Kummissjoni (T-36/99), safejn il-Qorti tal-Prim'Istanza annullat l-Artikolu 1(1) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 1999/395/KE, tat-28 ta' Ottubru 1998, dwar l-għajnuna mogħtija minn Spanja lil Sniace SA, stabbilita f'Torrelavega, Kantabrija (ĠU L 149, 1999, p. 40), kif emendata mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/43/KE, ta' l-20 Settembru 2000 (ĠU L 11, 2001, p. 46) — Ammissibilità ta' rikors għal annullament imressaq minn impriża kompetitriċi ta' l-impriża benefiċjarja ta' l-għajnuna — Kunċett ta' persuna individwalment ikkonċernata mid-deċiżjoni kkontestata — Ftehim ta' ippjanar mill-ġdid u ħlas lura ta' djun — Kriterju ta' kreditur privat
Dispożittiv
1)
L-appell huwa miċħud.
2)
Ir-Renju ta' Spanja għandu jbati, minbarra l-ispejjeż tiegħu, l-ispejjeż ta' Lenzing AG.
3)
Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
(1) ĠU C 69, 19.3.2005.
Full & Egal Universal Law Academy