10.1.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 6/19
Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-12 ta' Novembru 2008 — Shaker vs UASI — Limiñana y Botella (Limoncello della Costiera Amalfitana shaker)
(Kawża T-7/04) (1)
(“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta' oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva Limoncello della Costiera Amalfitana shaker - Trade mark nazzjonali verbali preċedenti LIMONCHELO - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta' konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 - Appell - Rinviju mill-Qorti tal-Ġustizzja’)
(2009/C 6/37)
Lingwa tal-kawża: It-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Shaker di L. Laudato & C. Sas (Vietri sul Mare, l-Italja) (rappreżentant: F. Sciaudone, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: O. Montalto u P. Bullock, aġenti)
Parti oħra fil-kawża quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Limiñana y Botella, SL (Monforte del Cid, Spanja)
Suġġett
Rikors imressaq kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tal-24 ta' Ottubru 2003 (Każ R 933/2002 2), dwar proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn Limiñana y Botella, SL u Shaker di L. Laudato & C. Sas
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Shaker di L. Laudato & C. Sas hija kkundannata għall-ispejjeż kollha quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza u l-Qorti tal Ġustizzja.
(1) ĠU C 59, 6.3.2004.
Full & Egal Universal Law Academy