19.7.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 183/18
Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza ta' l-10 ta' Ġunju 2008 — Marcuccio vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-18/04) (1)
(“Sigurtà soċjali - Talba għall-assunzjoni tar-responsabbiltà għall-ispejjeż mediċi - Ċaħda impliċita tat- talba’)
(2008/C 183/37)
Lingwa tal-kawża: It-Taljan
Partijiet
Rikorrent: Luigi Marcuccio (Tricase, l-Italja) (rappreżentanti: inizjalment A. Distante, imbagħad G. Cipressa, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: C. Berardis-Kayser u J. Curral, aġenti, assistiti minn A. Dal Ferro, avukat)
Suġġett
Fl-ewwel lok, talba għall-annullament tad-deċiżjoni impliċita ta' l-Awtorità tal-Ħatra li ċaħdet it-talba tar-rikorrent tal-25 ta' Novembru 2002, ippreżentata sabiex jikseb ir-rimborż ta' 100 % ta' l-ispejjeż mediċi skond l-Artikolu 72 tar-Regolamenti tal-Persunal ta' l-uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej, fit-tieni lok, talba għall-annullament tad-deċiżjoni impliċita ta' ċaħda ta' l-ilment tar-rikorrent kontra ċ-ċaħda tat-talba tal-25 ta' Novembru 2002, fit-tielet lok, talba sabiex jiġi kkonstatat id-dritt tar-rikorrent, skond l-Artikolu 72 tar-Regolamenti tal-Persunal, għar-rimborż ta' 100 % ta' l-ispejjeż mediċi li saru biex jikkura l-patoloġiji li jsofri minnhom u, fir-raba' lok, talba sabiex il-Kummissjoni tiġi kkundannata tħallas 100 % ta' dawn l-ispejjeż mediċi.
Dispożittiv
1)
Id-deċiżjoni impliċita ta' ċaħda tat-talba tal-25 ta' Novembru 2002 hija annullata.
2)
Ir-rikors, fuq il-bqija, huwa miċħud.
3)
Il-Kummissjoni hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 71, 20.3.2004.
Full & Egal Universal Law Academy