15.8.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 209/42
Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza ta' l-1 ta' Lulju 2008 — Região autónoma dos Açores vs Il-Kunsill
(Kawża T-37/04) (1)
(Rikors għal annullament - Regolament (KE) Nru 1954/2003 - Sajd - Immaniġġjar ta' l-isforz għas-sajd - Żoni u riżorsi tas-sajd tal-Komunità - Rikors imressaq minn entità reġjonali - Persuni individwalment ikkonċernati - Inammissibbiltà)
(2008/C 209/71)
Lingwa tal-kawża: L-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Região autónoma dos Açores (il-Portugal) (rappreżentanti: inizjalment M. Renouf, S. Crosby, C. Bryant, solicitors, u H. Mercer, barrister, wara M. Renouf, C. Bryant u H. Mercer)
Konvenut: Il-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Monteiro u F. Florindo Gijón, aġenti)
Intervenjenti in sostenn tar-rikorrenti: Seas at Risk VZW, li qabel kienet Stichting Seas at Risk Federation (Brussell, il-Belġju); WWF — World Wide Fund for Nature, (Gland, l-Iżvizzera); u Stichting Greenpeace Council (Amsterdam, l-Olanda) (rappreżentanti: R. Buxton, Solicitor, u D. Owen, Barrister).
Intervenjenti in sostenn tal-konvenut: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: T. van Rijn u B. Doherty, aġenti) u r-Renju ta' Spanja, (rappreżentant: N. Díaz Abad, abogado del Estado)
Suġġett
Talba għall-annullament parzjali tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1954/2003 ta' l-4 ta' Novembru 2003 dwar l-immaniġġjar ta' l-isforz għas-sajd li jirrigwarda ċerti żoni u riżorsi tas-sajd tal-Komunità u li jimmodifika r-Regolament (KE) Nru 2847/93 u jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 685/95 u (KE) Nru 2027/95 (KE) (ĠU 2003 L 289, p. 1)
Dispożittiv
1.
Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.
2.
Ir-Região autónoma dos Açores għandu jbati l-ispejjeż tiegħu u dawk tal-Kunsill, inklużi dawk relatati mal-proċeduri għal miżuri provviżorji.
3.
Ir-Renju ta' Spanja u l-Kummissjoni għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom stess, inklużi dawk relatati mal-proċeduri għal miżuri provviżorji.
4.
Seas at Risk VZW u WWF — World Wide Fund for Nature għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom stess, inklużi dawk relatati mal-proċeduri għal miżuri provviżorji.
5.
Stichting Greenpeace Council għandu jbati l-ispejjeż tiegħu relatati ma' din il-kawża.
6.
Porto de Abrigo — Organização de Produtores da Pesca CRL u GÊ-Questa — Associação de Defesa do Ambiente għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom relatati mal-proċeduri għal miżuri provviżorji.
(1) ĠU C 94, 17.4.2004.
Full & Egal Universal Law Academy