1.8.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 180/41
Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tad-19 ta’ Ġunju 2009 — Qualcomm vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-48/04) (1)
(“Kompetizzjoni - Konċentrazzjonijiet - Suq tas-sistemi telematiċi tat-triq - Deċiżjoni li tiddikjara l-konċentrazzjoni kompatibbli mas-suq komuni - Impenji - Żball manifest ta’ evalwazzjoni - Abbuż ta’ poter - Obbligu ta’ motivazzjoni”)
2009/C 180/74
Lingwa tal-kawża: L-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Qualcomm Wireless Business Solutions Europe BV (Waarle, l-Olanda) (rappreżentanti: G. Berrisch, avukat, u D. Hull, solicitor)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: inizjalment minn K. Mojzesowicz u A. Whelan, sussegwentement minn K. Mojzesowicz u X. Lewis, aġenti)
Partijiet intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: inizjalment minn C.-D. Quassowski u S. Flockermann, sussegwentement minn M. Lumma, aġenti, assistit minn U. Karpenstein u A. Rosenfeld, avukati); Deutsche Telekom AG (Bonn, il-Ġermanja); Daimler AG, li qabel kienet DaimlerChrysler AG (Stuttgart, il-Ġermanja) Daimler Financial Services AG, li qabel kienet DaimlerChrysler Services AG (Berlin, il-Ġermanja) (rappreżentanti: J. Schütze u A. von Graevenitz, avukati)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/792/KE, tat-30 ta’ April 2003, li tiddikjara konċentrazzjoni kompatibbli mas-suq komuni u mal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/M.2903 — Impriża konġunta DaimlerChrysler/Deutsche Telekom) (ĠU L 300, p. 62).
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Qualcomm Wireless Business Solutions Europe BV għandha tbati l-ispejjeż tagħha, kif ukoll dawk inkorsi mill-Kummissjoni.
3)
Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
4)
Deutsche Telekom AG, Daimler AG u Daimler Financial Services AG għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.
(1) ĠU C 94, 17.4.2004.
Full & Egal Universal Law Academy