6.12.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 313/23
Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-15 ta' Ottubru 2008 — Gogos vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-66/04) (1)
(“Servizz pubbliku - Uffiċjali - Kompetizzjoni interna li tinvolvi bidla fil-kategorija - Ħatra - Klassifikazzjoni fil-grad - Artikolu 31(2) tar-Regolamenti tal-Persunal’)
(2008/C 313/40)
Lingwa tal-kawża: Il-Grieg
Partijiet
Rikorrent: Christos Gogos (Waterloo, il-Belġju) (rappreżentanti: inizzjalment C. Tagaras, u wara N. Korogiannakis, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: J. Currall, aġent, assistit minn P. Anestis, avukat)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tikklassifika lir-rikorrent fil-grad A7, skala 3, kif ukoll tad-deċiżjoni tal-24 ta' Novembru 2003, li tiċħad l-ilment amministrattiv.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Il-Kummissjoni tbati l-ispejjeż kollha.
(1) ĠU C 94, 17.4.2004.
Full & Egal Universal Law Academy