22.11.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 301/30
Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-8 ta' Ottubru 2008 — SGL Carbon vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-68/04) (1)
(“Kompetizzjoni - Akkordji - Suq tal-prodotti abbażi ta' karbonju u grafita għall-applikazzjonijiet elettriċi u mekkaniċi - Linji gwida għall-kalkolu tal-ammont tal-multi - Gravità u tul tal-ksur - Prinċipju ta' proporzjonalità - Prinċipju ta' trattament ugwali - Limitu massimu ta' 10 % tad-dħul mill-bejgħ - Interessi moratorji’)
(2008/C 301/46)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: SGL Carbon AG (Wiesbaden, il-Ġermanja) (rappreżentanti: M. Klusmann u A. von Bonin, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: F. Castillo de la Torre u W. Mölls, aġenti, assistiti minn H.-J. Freund, avukat)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/420/KE, tat-3 ta' Diċembru 2003, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 81 [KE] u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Kawża C.38.359 — Prodotti abbażi ta' karbonju u grafita għall-applikazzjonijiet elettriċi u mekkaniċi), u, sussidjarjament, talba għat-tnaqqis tal-ammont tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti mid-deċiżjoni msemmija.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
SGL Carbon AG hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 106, 30.4.2004.
Full & Egal Universal Law Academy