8.3.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 64/33
Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-30 ta' Jannar 2008 — Strack vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-85/04) (1)
(“Servizz Pubbliku - Uffiċjali - Rapport - Rapport dwar l-iżvilupp ta' karriera - Proċedura ta' Evalwazzjoni 2001/2002 - Regolarità tal-proċedura ta' l-irrappurtar’)
(2008/C 64/51)
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrent: Guido Strack (Wasserliesch, il-Ġermanja) (rappreżentanti: inizjalment J. Mosar, u wara F. Gengler u P. Goergen, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: H. Krämer u A. Manville, aġenti)
Suġġett
Minn naħa, l-annullament tal-proċedura ta' evalwazzjoni 2001/2002 għal dak li jikkonċerna r-rikorrent u, min-naħa l-oħra, tad-deċiżjoni li tadotta r-rapport dwar l-iżvilupp tal-karriera tar-rikorrent f'din il-proċedura.
Dispożittiv
1)
Id-deċiżjoni li tadotta r-rapport dwar l-iżvilupp tal-karriera ta' Guido Strack għall-proċedura ta' evalwazzjoni 2001/2002 hija annullata.
2)
Il-Kummissjoni hija kkundannata tbati l-ispejjeż.
(1) ĠU C 106, 30.4.2004.
Full & Egal Universal Law Academy