15.8.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 209/42
Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-8 ta' Lulju 2008 — AC-Treuhand vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-99/04) (1)
(Kompetizzjoni - Akkordji - Perossidi organiċi - Multi - Artikolu 81 KE - Drittijiet tad-difiża - Dritt għal smigħ xieraq - Kunċett ta' awtur ta' ksur - Prinċipju ta' legalità tar-reati u tal-pieni (nullum crimen, nulla poena sine lege) - Prinċipju ta' ċertezza legali - Aspettattivi leġittimi)
(2008/C 209/72)
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: AC-Treuhand AG (Zurich, l-Iżvizzera) (rappreżentanti: M. Karl, C. Steinle u J. Drolshammer, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: A. Bouquet, aġent, assistit minn A. Böhlke, avukat)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/349/KE, ta' l-10 ta' Diċembru 2003, dwar proċedura skond l-Artikolu 81 [KE] u ta' l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/E-2/37.857 — Perossidi organiċi) (ĠU 2005, L 110, p. 44).
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
AC-Treuhand AG hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 118, 30.4.2004.
Full & Egal Universal Law Academy