26.4.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 107/23
Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-12 ta' Marzu 2008 — Giannini vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-100/04) (1)
(“Servizz Pubbliku - Kompetizzjoni ġenerali - Nuqqas ta' tqegħid fuq il-lista ta' riżerva - Irregolaritajiet fl-iżvolġiment ta' l-eżamijiet ta' natura li jivvizzjaw ir-riżultat - Trattament ugwali - Rikors għal annullament - Rikors għad-danni’)
(2008/C 107/37)
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Massimo Giannini (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: G. Vandersanden u L. Levi, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitjiet Ewropej (rappreżentanti: inizjalment L. Lozano Palacios u M. Velardo, aġenti, wara G. Berscheid, aġent, assistit minn M. Genton, avukat)
Suġġett
Minn naħa, talba għal annullament tad-deċiżjoni tal-Bord ta' l-Għażla tal-kompetizzjoni COM/A/9/01, sabiex tiġi kkostitwita riżerva ta' reklutaġġ ta' amministraturi (A7/A6) fl-oqsma ta' l-ekonomija u l-istatistika (ĠU C 240A, 2001, p. 12), li ma jitqiegħedx ir-rikorrent fil-lista ta' riżerva ta' din il-kompetizzjoni u, min-naħa l-oħra, talba għad-danni.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Il-Kummissjoni għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll tliet kwarti ta' l-ispejjeż ta' Massimo Giannini.
3)
Is-Sur Giannini għandu jbati kwart ta' l-ispejjez tiegħu.
(1) ĠU C 106, 30.4.2004.
Full & Egal Universal Law Academy