4.7.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 153/32
Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tas-6 ta’ Mejju 2009 — Wieland-Werke vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-116/04) (1)
(“Kompetizzjoni - Akkordji - Suq tat-tubi industrijali tar-ram - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE - Iffissar tal-prezzijiet u tqassim tas-swieq - Multi - Prinċipju ta’ legalità tal-penali - Daqs tas-suq ikkonċernat - Effett dissważiv - Dewmien tal-ksur - Kooperazzjoni”)
2009/C 153/60
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Wieland-Werke AG (Ulm, il-Ġermanja) (rappreżentanti: R. Bechtold u U. Soltész, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropew (rappreżentanti: inizjalment É. Gippini Fournier u H. Gading, sussegwentement É. Gippini Fournier, O. Weber u K. Mojzesowicz, avukati)
Suġġett
Talba għall-annullament jew għat-tnaqqis tal-ammont tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti skont l-Artikolu 2(a) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2003) 4820 finali, tas-16 ta’ Diċembru 2003, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 [KE] u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/E-1/38.240 — Tubi industrijali).
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Wieland-Werke AG hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 118, 30.4.2004.
Full & Egal Universal Law Academy