13.2.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 37/32
Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-15 ta’ Diċembru 2009 — EDF vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-156/04) (1)
(“Għajnuna mill-Istat - Għajnuna mogħtija mill-awtoritajiet Franċiżi lil EDF - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq komuni u li tordna l-irkupru tagħha - Drittijiet proċedurali tal-benefiċjarju tal-għajnuna - Impatt fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri - Kriterju tal-investitur privat”)
2010/C 37/41
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Électricité de France (EDF) (Pariġi, Franza) (rappreżentant: M. Debroux, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Buendía Sierra u C. Giolito, aġenti)
Intervenjenti insostenn tar-rikorrenti: Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: G. de Bergues u A.-L. Vendrolini, aġenti)
Intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Iberdrola, SA (Bilbao, Spanja) (rappreżentanti: J. Ruiz Calzado u É. Barbier de La Serre, avukati)
Suġġett
Talba intiża għall-annullament tal-Artikoli 3 u 4 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar miżuri ta’ għajnuna favur EDF u s-settur tal-industriji tal-elettriku u tal-gass (C 68/2002, N 504/2003 u C 25/2003), adottata fis-16 ta’ Diċembru 2003.
Dispożittiv
(1)
L-Artikoli 3 u 4 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar miżuri ta’ għajnuna favur EDF u s-settur tal-industriji tal-elettriku u tal-gass (C 68/2002, N 504/2003 u C 25/2003), adottata fis-16 ta’ Diċembru 2003, huma annullati.
(2)
Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk ta’ Électricité de France (EDF).
(3)
Ir-Repubblika Franċiża għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
(4)
Iberdrola, SA għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
(1) ĠU C 179, 10.07.2004.
Full & Egal Universal Law Academy