6.12.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 313/23
Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-15 ta' Ottubru 2008 — Potamianos vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-160/04) (1)
(“Servizz pubbliku - Membru tal-persunal temporanju - Nuqqas ta' tiġdid ta' kuntratt għal żmien speċifikat’)
(2008/C 313/41)
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Gerasimos Potamianos (Grimbergen, il-Belġju) (rappreżentanti: S. Orlandi, A. Coolen, J.-N. Louis u É. Marchal, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: J. Currall u H. Tserepa-Lacombe, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-awtorità li għandha s-setgħa li tikkonkludi l-kuntratti ta' reklutaġġ li ma ġġeddidx il-kuntratt tar-rikorrent bħala membru tal-persunal temporanju.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
M. Gerasimos Potamianos u l-Kummissjoni għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.
(1) ĠU C 168, 26.6.2004.
Full & Egal Universal Law Academy