13.8.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 238/14
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Lulju 2011 — Valero Jordana vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-161/04) (1)
(Aċċess għal dokumenti - Regolament (KE) Nru 1049/2001 - Lista ta’ riżerva ta’ kompetizzjoni ġenerali u deċiżjonijiet individwali dwar il-ħatra ta’ uffiċjali - Rifjut ta’ aċċess - Eċċezzjoni dwar il-protezzjoni tal-ħajja privata u tal-integrità tal-bniedem - Protezzjoni ta’ data ta’ natura personali - Regolament (KE) Nru 45/2001)
2011/C 238/19
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrent: Gregorio Valero Jordana (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: M. Merola, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment minn P. Aalto u E. Adserá Ribera, sussegwentement minn E. Adserá Ribera u P. Costa de Oliveira, aġenti)
Partijiet intervenjenti insostenn tar-rikorrenti: Ir-Renju tad-Danimarka (rappreżentanti: B. Weis Fogh u J. Jørgensen Søren, aġenti); Ir-Renju tal-Isvezja (rappreżentanti: inizjalment minn A. Kruse u K. Norman, sussegwentement minn A. Falk, S. Johannesson, K. Petkovska u C. Meyer-Seitz, aġenti); u Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (EDPS) (rappreżentanti: H. Hijmans, H. Kranenborg u R. Barceló, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-10 ta’ Frar 2004, li tirrifjuta lir-rikorrent l-aċċess għal-lista ta’ riżerva tal-kompetizzjoni ġenerali A 7/A 6 COM/A/637 u għad-deċiżjonijiet individwali ta’ ħatra ta’ uffiċjali fil-grad A 6 mill-5 ta’ Ottubru 1995.
Dispożittiv
(1)
Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej tal-10 ta’ Frar 2004, li tirrifjuta lil Gregorio Valero Jordana l-aċċess għal-lista ta’ riżerva tal-kompetizzjoni ġenerali A 7/A 6 COM/A/637 u għad-deċiżjonijiet individwali ta’ ħatra ta’ uffiċjali fil-grad A 6 mill-5 ta’ Ottubru 1995, hija annullata.
(2)
Minbarra l-ispejjeż tagħha, il-Kummissjoni għandha wkoll tbati l-ispejjeż inkorsi minn G. Valero Jordana.
(3)
Ir-Renju tal-Isvezja għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.
(1) ĠU C 168, 26.06.2004.
Full & Egal Universal Law Academy