1.8.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 180/41
Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-11 ta’ Gunju 2009 — L-Italja vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-222/04) (1)
(“Għajnuna mill-Istat - Skema ta’ għajnuna mogħtija mill-awtoritajiet Taljani lil ċerti impriżi tas-servizz pubbliku fil-forma ta’ eżenzjonijiet fiskali u self b’rata preferenzjali - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq komuni - Għajnuna eżistenti jew għajnuna ġdida - Artikolu 86(2) KE”)
2009/C 180/75
Lingwa tal-kawża: It-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: inizjalment I. Braguglia, sussegwentement R. Adam u I. Bruni, aġenti, assistiti minn M. Fiorilli, avvocato dello Stato)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentant: V. Di Bucci, aġent)
Suġġett
Talba għall-annullament tal-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/193/KE, tal-5 ta’ Ġunju 2002, dwar għajnuna mill-Istat fil-forma ta’ eżenzjonijiet fiskali u self b’kundizzjonijiet preferenzjali mogħtija mill-Italja lil impriżi tas-servizz pubbliku b’kapital azzjonarju, fil-parti l-kbira, pubbliku (ĠU 2003, L 77, p. 21).
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Ir-Repubblika Taljana għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk tal-Kummissjoni.
(1) ĠU C 233, 28.9.2002 (li preċedentement kienet il-Kawża C-290/02).
Full & Egal Universal Law Academy