10.1.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 6/19
Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-13 ta' Novembru 2008 — L-Italja vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-224/04) (1)
(“FAEGG - Taqsima 'Garanzija' - Infiq eskluż mill-finanzjament Komunitarju - Għajnuna għat-trasformazzjoni tat-tadam u għall-produzzjoni taż-żejt taż-żebbuġa’)
(2009/C 6/38)
Lingwa tal-kawża: It-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Ir-Repubblika tal-Italja (rappreżentant: M. Fiorilli, avvocato dello Stato)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: L. Visaggio u C. Cattabriga, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/536/KE, tat-22 ta' Lulju, li teskludi mill-finanzjament Komunitarju ċertu nfiq magħmul mill-Istati Membri fuq il-bażi tal-Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija (FAEGG), Taqsima “Garanzija” (ĠU L 184, p. 42), sa fejn din teskludi ċertu nfiq magħmul mir-Repubblika tal-Italja taħt is-snin finanzjarji 1999 sa 2002.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Ir-Repubblika tal-Italja hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 304, 13.12.2003 (li kienet Kawża C-430/03).
Full & Egal Universal Law Academy