24.5.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 128/30
Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza ta' l-10 ta' April 2008 — L-Olanda vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-233/04) (1)
(“Għajnuna mill-Istat - Direttiva 2001/81/KE - Miżura nazzjonali li tistabbilixxi sistema ta' kummerċ ta' kwoti ta' emissjonijiet għan-nitrogen oxides - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna bħala kompatibbli mas-suq komuni - Ammissibbiltà - Vantaġġ - Nuqqas ta' natura selettiva tal-miżura’)
(2008/C 128/64)
Lingwa tal-kawża: L-Olandiż
Partijiet
Rikorrent: Ir-Renju ta' l-Olanda (rappreżentanti: H. Sevenster, J. van Bakel u M. de Grave, aġenti)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: H. van Vliet u V. Di Bucci, aġenti)
Parti intervenjenti in sostenn tal-parti rikorrenti: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: W.-D. Plessing u M. Lumma, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2003) 1761 finali, ta' l-24 ta' Ġunju 2003, dwar l-għajnuna mill-Istat N 35/2003 dwar is-sistema ta' kummerċ ta' kwoti ta' emissjonijiet għan-nitorgen oxides innotifikata mir-Renju ta' l-Olanda.
Dispożittiv
1)
Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2003) 1761 finali, ta' l-24 ta' Ġunju 2003, dwar l-għajnuna mill-Istat N 35/2003 dwar is-sistema ta' kummerċ ta' kwoti ta' emissjonijiet għan-nitorgen oxides innotifikata mir-Renju ta' l-Olanda hija annullata.
2)
Il-Kummissjoni hija kkundannata għall-ispejjeż.
3)
Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
(1) ĠU C 275, 15.11.2003 (li qabel kienet il-kawża C-388/03).
Full & Egal Universal Law Academy