1.8.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 180/42
Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-10 ta’ Ġunju 20092009 — Il-Polonja vs Il Kummissjoni
(Kawża T-257/04) (1)
(“Agrikoltura - Organizzazzjoni komuni tas-swieq - Miżuri tranżitorji li għandhom jiġu adottati minħabba l-adeżjoni ta’ Stati Membri ġodda - Regolament (KE) Nru 1972/2003 li jistabbilixxi miżuri fir-rigward tal-kummerċ fi prodotti agrikoli - Rikors għal annullament - Terminu għall-preżentata ta’ rikors - Punt ta’ tluq - Dewmien - Emenda ta’ dispożizzjoni ta’ regolament - Ftuħ mill-ġdid tar-rikors kontra din id-dispożizzjoni u kontra d-dispożizzjonijiet kollha li flimkien magħha jifformaw grupp ta’ regoli wieħed - Ammissibbiltà parzjali - Proporzjonalità - Prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni - Aspettattivi leġittimi - Motivazzjoni”)
2009/C 180/76
Lingwa tal-kawża: Il-Pollakk
Partijiet
Rikorrenti: Ir-Repubblika tal-Polonja (rappreżentanti: inizjalment J. Pietras, sussegwentement E. Ośniecka-Tamecka, T. Nowakowski, M. Dowgielewicz u B. Majczyna, aġenti, assistiti minn M. Szpunar, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: inizjalment A. Stobiecka-Kuik, L. Visaggio u T. van Rijn sussegwentement T. van Rijn, H. Tserepa-Lacombe u A. Szmytkowska, aġenti)
Suġġett
Rikors għall-annullament tal-Artikolu 3, tal-Artikolu 4(3) u tat-tmien inċiż tal-Artikolu 4(5) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1972/2003, tal-10 ta’ Novembru 2003, dwar il-miżuri tranżitorji li għandhom ikunu adottati fir-rigward tal-kummerċ fi prodotti agrikoli minħabba l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Lituwanja, l-Ungerija, Malta, l-Polonja, Slovenja u Slovakkja (ĠU L 293, p. 3) kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 230/2004, tal-10 ta’ Frar 2004 (ĠU L 39, p. 13), kif ukoll bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 735/2004, tal-20 ta’ April 2004 (ĠU L 114, p. 13).
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Ir-Repubblika tal-Polonja hija kkundannata għall-ispejjeż tagħha kif ukoll għal dawk tal-Kummissjoni.
(1) ĠU C 251, 9.10.2004.
Full & Egal Universal Law Academy