29.3.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 79/26
Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza ta' l-14 ta' Frar 2008 — Spanja vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-266/04) (1)
(“FAEGG - Taqsima ‘Garanzija’ - Spejjeż esklużi mill-finanzjament tal-Komunità - Operazzjonijiet ta' ġbir ta' frott u ħxejjex - Kontroll tat-totalità tal-prodotti miġbura - Uċuħ tar-raba' u primjums fil-qasam ta' l-annimali ta' l-ifrat - Terminu ta' 24 xahar’)
(2008/C 79/50)
Lingwa tal-kawża: L-Ispagnol
Partijiet
Rikorrent: Ir-Renju ta' Spanja (rappreżentant: F. Díez Moreno, abogado del Estado)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: L. Visaggio, S. Pardo Quintillán u F. Jimeno Fernández, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni 2004/457/KE tal-Kummissjoni, tad-29 ta' April 2004, li teskludi mill-finanzjament tal-Komunità ċerti spejjeż magħmula mill-Istati Membri taħt it-Taqsima “Garanzija” tal-Fond Agrikolu Ewropew ta' Gwida u Garanzija (FAEGG) (ĠU L 156, p. 48, corrigendum fil-ĠU L 202, p. 35), f'dak li jirrigwarda r-Renju ta' Spanja.
Dispożittiv
1)
Id-Deċiżjoni 2004/457/KE tal-Kummissjoni tad-29 ta' April 2004, li teskludi mill-finanzjament tal-Komunità ċerti spejjeż magħmula mill-Istati Membri taħt it-Taqsima “Garanzija” tal-Fond Agrikolu Ewropew ta' Gwida u Garanzija (FAEGG), hija annullata safejn teskludi mill-finanzjament tal-Komunità l-ispejjeż magħmula mir-Renju ta' Spanja fil-komunitajiet awtonomi tal-pajjiż Bask u ta' La Rioja taħt il-kampanja 1998/1999 u li jirrigwardaw l-uċuħ tar-raba' u l-primjums fil-qasam ta' l-annimali ta' l-ifrat, minn naħa, u l-ispejjeż magħmula qabel it-22 ta' Marzu 2000 mir-Renju ta' Spanja fil-komunità awtonoma tal-pajjiż Bask taħt il-kampanja 1999/2000 u li jirrigwardaw l-uċuħ tar-raba' u l-primjums fil-qasam ta' l-annimali ta' l-ifrat, minn naħa oħra.
2)
Ir-rikors huwa miċħud fir-rigward tal-kumplament tiegħu.
3)
Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
(1) ĠU C 217, 28.8.2004.
Full & Egal Universal Law Academy