15.8.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 209/43
Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza ta l-1 ta' Lulju 2008 — Compagnie maritime belge vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-276/04) (1)
(Kompetizzjoni - Abbuż ta' pożizzjoni dominanti kollettiva - Konferenza ta' linji marittimi - Deċiżjoni li timponi multa abbażi ta' deċiżjoni preċedenti annullata in parti mill-Qorti tal-Ġustizzja - Regolament (KEE) Nru 2988/74 - Terminu raġonevoli - Drittijiet tad-difiża - Ċertezza legali - Awtorità tar-res judicata)
(2008/C 209/73)
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Compagnie maritime belge SA (Antwerp, il-Belġju) (rappreżentant: D. Waelbroeck, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: inizjalment É. Gippini Fournier, P. Hellström u F. Amato, imbagħad É. Gippini Fournier, aġenti)
Suġġett
Talba għall-anullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/480/KE, tat-30 ta' April 2004, dwar proċedura skond l-Artikolu 82 KE (Każijiet KOMP/D/32.448 u 32.450) (miġjuba fil-qosor fil-ĠU 2005, L 171, p. 28), li timponi multa fuq ir-rikorrenti għal allegati abbużi ta' pożizzjoni dominanti kollettiva mwettqa mill-konferenza Cewal u, b'mod sussidjarju, għat-tnaqqis ta' l-imsemmija multa
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Compagnie maritime belge SA għandha tbati żewġ terzi ta' l-ispejjeż tagħha u żewġ terzi ta' l-ispejjeż tal-Kummissjoni u din ta' l-aħħar għandha tbati terz ta' l-ispejjeż tagħha u terz ta' l-ispejjeż ta' Compagnie maritime belge.
(1) ĠU C 262, 23.10.2004.
Full & Egal Universal Law Academy