26.1.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 22/40
Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-12 ta' Diċembru 2007 — Pagliacci vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-307/04) (1)
(“Uffiċjali - Kompetizzjoni ġenerali - Nuqqas ta' tqegħid fuq il-lista ta' riżerva - Ksur ta' l-avviż ta' kompetizzjoni - Kwalifiki u esperjenza professjonali meħtieġa’)
(2008/C 22/72)
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Carlo Pagliacci (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: l-ewwel S. Orlandi, A. Coolen, J.-N. Louis u É. Marchal, wara F. Schiaudone, avocats)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: C. Berardis-Kayser u H. Tserepa-Lacombe, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-ġurija tal-kompetizzjoni COM/A/1/02 li tagħti lir-rikorrent marka insuffiċjenti fl-eżamijiet sabiex jitqiegħed fuq il-lista tal-kandidati magħżula.
Dispożittiv
1)
Id-deċiżjoni tal-ġurija tal-kompetizzjoni COM/A/1/02 li tagħti lil Carlo Pagliacci marka insufficjenti fl-eżamijiet sabiex jitqiegħed fuq il-lista tal-kandidati magħżula hija annullata.
2)
Il-Kummissjoni hija kkundannata tbati l-ispejjeż.
(1) ĠU C 262, 14.5.2005.
Full & Egal Universal Law Academy