12.1.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 8/12
Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza ta' l-20 ta' Novembru 2007 — Ianniello vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropew
(Kawża T-308/04) (1)
(“Servizz Pubbliku - Uffiċċjali - Rapport dwar l-evoluzzjoni tal-karriera - Eżerċizzju ta' evalwazzjoni għas-sena 2001/2002 - Rikors għal annullament - Rikors għal kumpens’)
(2008/C 8/21)
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Francesco Ianniello (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: S. Orlandi, A. Coolen, J.-N. Louis u É. Marchal, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropew (rappreżentanti: G. Berscheid u V. Joris, aġenti)
Suġġett tal-Kawża
Anullament tar-rapport dwar l-evoluzzjoni tal-karriera tar-rikorrent fir-rigward ta' l-eżerċizzju ta' evalwazzjoni għas-sena 2001/2002, kif ukoll il-ħlas ta' kumpens għad-danni morali sostnuti.
Dispożittiv
1)
Id-deċiżjoni dwar l-adozzjoni tar-rapport dwar l-evoluzzjoni tal-karriera tar-rikorrent fir-rigward ta' l-eżerċizzju ta' evalwazzjoni għas-sena 2001/2002 hija annulata.
2)
Il-bqija tar-rikors huwa miċħud.
3)
Il-Kummissjoni hija kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha kif ikoll dawk tar-rikorrent.
(1) ĠU C 262 ta' 23.10.2004.
Full & Egal Universal Law Academy