27.2.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 51/30
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Jannar 2010 — Co-Frutta vs Il-Kummissjoni
(Kawżi magħquda T-355/04 u T-446/04) (1)
(“Aċċess għad-dokumenti - Regolament (KE) Nru 1049/2001 - Dokumenti li jikkonċernaw is-suq Komunitarju ta’ importazzjoni tal-banana - Rifjut impliċitu segwit minn rifjut espliċitu ta’ aċċess - Rikors għal annullament - Ammissibbiltà - Eċċezzjoni relatata mal-protezzjoni tal-interessi kummerċjali ta’ terza persuna - Osservanza tat-termini - Ftehim minn qabel tal-Istat Membru - Obbligu ta’ motivazzjoni”)
2010/C 51/57
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Co-Frutta Soc. coop. (Padova, l-Italja) (rappreżentanti: W. Viscardini u G. Donà, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: iniżjalment L. Visaggio u P. Aalto, sussegwentement P. Aalto u L. Prete, aġenti)
Suġġett
Fil-kawża T-355/04, talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-28 ta’ April 2004 li tiċħad applikazzjoni inizjali ta’ aċċess għad-data relatata mal-operaturi rreġistrati fil-Komunità għall-importazzjoni tal-banana u talba għall-annullament tad-deċiżjoni impliċita tal-Kummissjoni li tiċħad l-applikazzjoni konfermatorja ta’ aċċess kif ukoll, fil-Kawża T-446/04, talba għall-annullament tad-deċiżjoni espliċita tal-Kummissjoni tal-10 ta’ Awwissu 2004 li tiċħad l-aċċess għal din id-data.
Dispożittiv
(1)
M’hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni fuq ir-rikors fil-kawża T-355/04.
(2)
Ir-rikors fil-kawża T-446/04 huwa miċħud.
(3)
Co-Frutta Soc. coop. għandha tiġi kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 262, 23.10.2004.
Full & Egal Universal Law Academy