23.10.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 288/28
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Settembru 2010 — British Aggregates et vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-359/04) (1)
(Għajnuna mill-Istat - Taxxa ambjentali fuq il-granulat fir-Renju Unit - Eżenzjoni għall-Irlanda ta’ Fuq - Deċiżjoni tal-Kummissjoni li ma tqajjimx oġġezzjonijiet - Diffikultajiet serji - Linji gwidi Komunitarji dwar l-għajnuna mill-Istat għall-ħarsien tal-ambjent)
2010/C 288/52
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: British Aggregates Association (Lanark, ir-Renju Unit); Healy Bros. Ltd (Middleton, l-Irlanda); u David K. Trotter Sons Ltd (rappreżentanti: C. Pouncey, solicitor, u L. Van den Hende, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Flett u T. Scharf, aġenti)
Parti intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (rappreżentanti: iniżjalment M. Bethell, sussegwentement minn E. Jenkinson u I. Rao, u fl-aħħar nett S. Ossowski, aġenti, assistiti minn M. Hall u G. Facenna, barristers)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2004) 1614 finali, tas-7 ta’ Mejju 2004, li ma tqajjimx oġġezzjonijiet kontra l-emenda tal-eżenzjoni, fl-Irlanda ta’ Fuq, tal-imposta fuq il-granulat fir-Renju Unit.
Dispożittiv
(1)
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2004) 1614 finali, tas-7 ta’ Mejju 2004, li ma tqajjimx oġġezzjonijiet kontra l-emenda tal-eżenzjoni, fl-Irlanda ta’ Fuq, tal-imposta fuq il-granulat fir-Renju Unit hija annullata.
(2)
Il-Kummissjoni għandha tbati l-ispejjeż tagħha u dawk sostnuti minn British Aggregates Association, Healy Bros. Ltd u David K. Trotter Sons Ltd.
(3)
Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq għandu jbati l-ispejjeż tiegħu stess.
(1) ĠU C 284, 20.11.2004.
Full & Egal Universal Law Academy