24.5.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 128/31
Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tad-9 ta' April 2008 — Il-Greċja vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-364/04) (1)
(“FAEGG - Taqsima ta' Garanzija - Spejjeż esklużi mill-finanzjament Komunitarju - Prodotti pproċessati mill-frott u l-ħxejjex - Primjums għall-annimali - Terminu ta' 24 xahar’)
(2008/C 128/67)
Lingwa tal-kawża: Il-Grieg
Partijiet
Rikorrenti: Ir-Repubblika Ellenika (rappreżentanti: I. Chalkias u E. Svolopoulou, aġenti)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: inizjalment, M. Condou-Durande u L. Visaggio, u mbagħad M. Condou-Durande u H. Tserepa-Lacombe, aġenti, assistiti minn N. Korogiannakis, avukat)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/561/KE, tas-16 ta' Lulju 2004, li teskludi mill-finanzjament Komunitarju ċerti spejjeż magħmula mill-Istati Membri taħt il-Fond Agrikolu Ewropew ta' Gwida u Garanzija (FAEGG), Taqsima ta' Garanzija (ĠU L 250 p. 21), safejn din teskludi ċerti spejjeż magħmula mir-Repubblika Ellenika fis-setturi ta' prodotti pproċessati mill-frott u l-ħxejjex u ta' primjums għall-annimali.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Ir-Repubblika Ellenika hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 314, 18.12.2004.
Full & Egal Universal Law Academy